Ir-rivista interattiva bil-Malti bl-isem ta’ IMPATT hi maħsuba għal studenti ta’ 13-14-il sena. Ir-rivista tieħu l-ħajja grazzi

għar-Realtà Maħluqa. B'hekk xi artikli u intervisti litteralment jieħdu l-ħajja! 

 

Kull edizzjoni hi mimlija b’artikli li jiffokaw fuq numru ta’ prijoritajiet importanti, b’emfażi speċjali fuq il-volontarjat; il-povertà u l-inklużjoni soċjali; l-edukazzjoni; l-arti, il-kultura u l-isports. Kif ukoll fuq l-ambjent, l-importanza tar-riċiklaġġ u l-klima;

fost l-oħrajn.

 

Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz taI-Voluntary Organisations Project Scheme amministrat mill-Kunsill Malti

għas-Settur tal-Volontarjat.




Kif tuża r-Realtà Maħluqa

1
Bil-mobile jew tablet li se tuża, idħol f’wieħed minn dawn:
Play Store jew App Store.

2
Niżżel (b’xejn!) u iftaħ l-app li jisimha: Impatt.

3
Ipponta l-kamera tal-mobile jew tat-tablet lejn il-paġna fejn jidher dan is-simbolu


4
Stenna sa ma l-kamera tagħraf il-paġna, hekk kif din tieħu l-ħajja.

Gawdi mill-maġija li qed joffrilek dan il-ktieb!


Din l-app taħdem ma’ mobajls u tablets kompatibbli mal-AR Core u AR Kit.

smiley cb button copy.png

Għall-konvenjenza tiegħek, tista' wkoll tuża din il-link biex issib l-app fi Play Store u/jew App Store:

Link għall-Play Store

Link għall-App Store

Play store.png
app store.png