top of page
Editur
Tul is-snin, Ruth ħadmet bħala editur ta’ rivisti popolari ma’ pubblikaturi differenti. Mexxiet, b’suċċess, timijiet magħmula minn kittieba, disinjaturi, fotografi u oħrajn.
Ruth ħadmet bħala editur ta’:
- Karavan (2017-2018) – Rivista edukattiva li kienet toħroġ kull xahrejn u li kienet tiġi mqassma b’xejn f’kulleġġi governattivi. Bi pubblikazzjoni ta’ Write Deal Association.
- Gwida (2013-2015) – Rivista li kienet tinbiegħ kull ġimgħa u li hi kkunsidrata bħala l-aktar pubblikazzjoni mibjugħa lokali. Ruth kienet ukoll responsabbli li tagħti lil din ir-rivista televiżiva dehra ġdida u friska, hekk kif il-Gwida ċċelebrat il-55 sena anniversarju. Il-pubblikatur kien Content House Ltd.
- WOW! (2010) – Rivista li kienet toħroġ kull xahar u li kienet tiġi mqassma b’xejn lill-istationeries kollha. Network Publications Ltd kien il-pubblikatur.
Kitbet ukoll artikli għal diversi rivisti u gazzetti lokali u barranin. Fosthom: Fate & Fortune Magazine (UK), PI Magazine (USA), Lost Treasure Magazine (USA), Tea Time Magazine (UK), The Sunday Times of Malta, The Malta Independent of Sunday, The Malta Independent, First! Magazine (Malta), Tune In (Malta), Eating & Drinking (Malta), Manic! (Malta); Fuq ix- Xarabank (Malta), L-Antenna (Malta) u Is-Sagħtar (Malta).
bottom of page