Televiżjoni

Iċ-Ċavetta ta’ Pandora (2022)

Pandora Poster1s.png
Pandora Poster2s.png
Żewġ investigaturi paranormali, Kylie u Vincent, jinvestigaw uħud mill-iktar stejjer popolari lokali marbutin mas-soprannatural. Fosthom l-ispirtu t’Alla u Ommu, il-Grey Lady u s-Sinjura tal-Verdala, magħrufa wkoll bħala l-Blue Lady. Dan ix-xogħol jagħmluh għal programm televiżiv. L-investigaturi paranormali huma wkoll koppja miżżewġa li binthom kienet mietet f’inċident. Il-problema tkun ferm ikkumplikata hekk kif huma ma jkunux lesti jħallu lill-ispirtu ta’ binthom tkompli bil-vjaġġ tagħha.

Din is-serje drammatika paranormali tinkludi 13-il episodju, hekk kif l-ewwel darba li dehret kienet Prime-time waqt l-iskeda tal-Ħarifa (Ottubru-Diċembru) 2022 fuq One Tv. Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Pandora Poster3s.png

L-Għoġol tad-Deheb (2018-2019)

Tv Stagun1.jpg
Tv Stagun2.jpg
Is-serje televiżiva tkompli fejn il-film ċinematografiku jkun spiċċa. Insegwu lil Pia, li tkun qed tgħix ħajja differenti minn qabel. It-tifla, flimkien ma’ xi ħbieb ġodda, issib dokument antik li jwassalha biex tfittex għal xi ħjiel fil-katakombi. Tul l-avventura, hi u sħabha jiskopru diversi sigrieti hekk kif jiffaċċjaw numru ta’ perikli (uħud anki soprannaturali). Dan kollu, waqt li Pia titgħallem lezzjonijiet importanti li jwasslu biex ibiddlu l-ħajja ta’ kulħadd.
 
Din is-serje ta’ avventura dehret f’Ottubru 2018 u f’Ottubru 2019 fuq One Tv.

Popcorn (2012- )

Popcorn.jpg
Fl-2022, Popcorn iċċelebra l-għaxar sena anniversarju!

Popcorn iżomm lit-telespatturi aġġornati dwar x’films ġodda, kemm internazzjonali kif ukoll
lokali, qed jidhru kemm fis-swali taċ-ċinema kif ukoll onlajn. Kif ukoll jekk il-films li qed jidhru
humiex tajbin jew le. Minn din is-sena, il-programm beda wkoll jirrakommanda serje
internazzjonali li t-telespettaturi jistgħu jieħdu pjaċir jaraw. Popocrn irnexxielu jiġbed ammont
vast ta’ telespettaturi lejali grazzi għall-analiżi dettalljati, intervisti u filmati esklussivi, fost l-
oħrajn. Hu għalhekk li dan il-programm hu l-aktar wieħed segwit fil-ħin li jixxandar!

Aqra Bi Lsienek (2019)

AQRA BI LSIENEK .jpg
Tul 13-il programm, Aqra Bi Lsienek iffoka fuq kotba lokali miktubin bil-lingwa Maltija. L-iskop tal-programm kien kemm li jimbotta kittieba u poeti Maltin, kif ukoll li jħeġġeġ lit-telespettaturi jaqraw bil-lingwa Maltija. F'dan il-programm, Ruth intervistat lil uħud mill-iktar kittieba u poeti veterani u popolari f'pajjiżna. Dan il-proġett ġie megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti - KulturaTV.

Pandora (2007-2011)

Pandora.jpg
Dan il-programm kontroversjali u oriġinali kien jiffoka fuq id-dinja tas-soprannatural u l-paranormal b’mod imparzjali. Għall-ewwel darba, uħud mill-aktar personalitajiet popolari u maħbubin Maltin tkellmu dwar
l-esperjenzi paranormali li għaddew minnhom. Grazzi għal dokumentarji esklussivi, Pandora investiga wkoll numru ta’ suġġetti bħall-UFOs, is-sħaħar, il-fantażmi, il-voodoo, l-istorja tal-arti tal-maġija, il-mantell ta’ Kristu, u ħafna iktar.

Preżentatriċi Televiżiva

WelcomeEurope.jpg
Lilliput.jpg
Qatra inka.jpg
Ruth ilha taħdem bħala producer u preżentatriċi televiżiva mill-2001. Grazzi għall-varjetà ta’ programmi li għamlet u ħadet sehem fihom, irnexxielha tiġbed udjenzi varji ta’ kull età.
 
Ruth ippreżentat u pproduċiet programmi ta’ diskussjoni prime-time bħal Mona Lisa (2004-2005) u Otello (2005-2006), flimkien mal-karattru kkulurit Dr Toni Abela; kif ukoll il-programm tad-diskussjoni Anonimi (2005-2006). Minbarra hekk, ipproduċiet u ppreżentat iprogrammi dwar kotba Maltin li kien jisimhom Aqra Bi Lsienek (One Tv, 2019) u Qatra Inka (TVM2, 2012-2013). Ipproduċiet u ppreżentat ukoll il-programm kulturali Kalejdoskopju (TVM/Education 22, 2002-2003).
 
Sabet il-ħin biex tipproduċi sensiela ta’ programmi televiżivi tat-tfal bl-isem ta’ Lilliput (2007-2011). Kull sena, dan il-programm kien jiġi mogħti tema u isem differenti. Fost it-temi kien hemm l-ivjaġġar, il-baħar u d-dinja ta’ taħt il-baħar,
il-kotba u l-awturi, u l-arti tal-animazzjoni. B’hekk, il-programmi kien jisimhom Lilliput, Lilliput Submarine, Lilliput Story u Lilliput Sketch.
 
Programmi televiżivi oħrajn li Ruth ippreżentat huma Hazzard (2005-2006), Bawxati Special (2002), Artennium (2001), Subway (2001) u Champions (2001). Minbarra hekk, kienet il-preżentatriċi ewlenija tad-dokumentarji rebbieħa A Pinch of Salt u Il-Ġbejna Maltija. Fl-aħħar imma mhux l-inqas, Ruth ippreżentat numru ta’ spettakli fosthom il-Karnival ta’ Malta, il-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar, u l-ispettaklu WelcomEurope li fl-2004 immarka d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Otello.png
Anonimi.jpg