top of page

Żrinġijiet jitkellmu, fatatini jtiru, sħaħar li jinbidlu f’serp… Dettalji fi stejjer li żgur li xi ħin jew ieħor,
qrajniehom jew smajniehom.
Imma żomm… Prinċipessa li ssalva lill-Prinċep? Din fejn qatt rajnieha? U għaliex le?
F’dan il-ktieb qed noffrulek verżjoni friska ta’ ħrafa li hi popolari madwar id-dinja. Imma mhux biss...

Min kien l-Imperatur li mar quddiem il-folla nies mingħajr ħwejjeġ? Kif qatt jista’ jkun li
d-djamanti jiġu minsuġa fi drapp?
Għaliex ir-reġina ma emmnitx li t-tfajla tassew kienet prinċipessa? Il-piżelli u s-saqqijiet
x’għandhom x’jaqsmu mal-verità?
Dan il-ktieb qed joffrilek żewġ leġġendi antiki imma b’laqta moderna. Moderna mhux biss għax
biddilna xi dettalji biex nagħmluhom jappellaw iktar għall-ħajja tal-lum...
bottom of page
