top of page
It-Tfal tal-Għoġol tad-Deheb

It-Tfal tal-Għoġol tad-Deheb

SKU: GĦ002

Ktieb #2

Kitba ta' Ruth Frendo

 

Xi tfal qed jisparixxu... jista’ jkun li Pia tinsab fil-periklu? 

 

Sandro, il-kuġin ta’ Pia, imur jgħix ma’ missieru għal xi żmien. Pia tispiċċa titwikka b’Jaden, tifel arroganti li ommu tkun ħabiba ta’ zijitha. B’xorti tajba, tagħmel ukoll ħbieb ma’ Margerita, tifla simpatika. 

 

Pia, Jaden u Margerita jsibu bagalja antika bid-djarju tan-nanna Carmen u b’dokument stramb. Jaden jemmen li dan id-dokument jista’ jwassalhom għal teżor hekk kif il-ħjilijiet juruhom li jridu jmorru jfittxu ġo Katakombi. Sadattant, u wara li z-zija Raquel tkun reġgħet daħlet għall-għoġol tad-deheb, xi ħadd jidħol f’darha u jisirqu. Imma x’inhuma l-iskopijiet veri tal-ħalliel? 

 

It-tfal jgħaddu minn avventuri u diffikultajiet kbar (li forsi għandhom ukoll x’jaqsmu mas-sopranatural!), hekk kif jiskopru sigrieti li qatt ħadd ma jkun ħolomhom u li jistgħu jipperikolaw il-ħajja ta’ tfal oħrajn…

 

It-Tfal tal-Għoġol tad-Deheb ġie mnehdi waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb 2018. Minnu ħarġet serje televiżiva li dehret fuq l-istazzjoni One Tv bejn Ottubru u Diċembru 2018.

    €10.99Price
    bottom of page